Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Il-mexxejja japprovaw il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għall-2013

<p>Rosen Plevneliev, President tar-Repubblika tal-Bulgarija;<br />Dalia Grybauskaite, President tal-Litwanja; u<br />Joseph Muscat, Prim Ministru taIs-Sur Plevneliev u s-Sur Muscat kienu qed jieħdu
sehem f'laqgħa tal-Kunsill Ewropew għall-ewwel darba.

© Unjoni Ewropea 2013

' src="/media/904459/_7bf0c894-0e31-4860-b540-ede5829de22e_l.jpg" />

Rosen Plevneliev, President tar-Repubblika tal-Bulgarija;
Dalia Grybauskaite, President tal-Litwanja; u
Joseph Muscat, Prim Ministru ta' Malta.
Is-Sur Plevneliev u s-Sur Muscat kienu qed jieħdu
sehem f'laqgħa tal-Kunsill Ewropew għall-ewwel darba.

© Unjoni Ewropea 2013

Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Marzu l-mexxejja tal-UE approvaw il-prijoritajiet ekonomiċi tal-Unjoni għall-2013 u pprovdew gwida strateġika għall-politiki baġitarji nazzjonali u r-riformi strutturali tal-Istati Membri għal din is-sena. Dan huwa parti miċ-ċiklu ta' sitt xhur ta' koordinazzjoni tal-politika bejn l-Istati Membri tal-UE, magħruf bħala "s-Semestru Ewropew".

 

"Aħna lkoll konxji bis-sħiħ tad-dibattitu, u ta' frustrazzjonijiet dejjem jiżdiedu u anke d-disperazzjoni tan-nies. Nafu wkoll li m'hemmx tweġibiet faċli. L-uniku mod kif nistgħu noħorġu mill-kriżi huwa li nibqgħu nindirizzaw l-għeruq tagħha. Madwar il-mejda, kien hemm sens qawwi ta' qbil dwar dan", qal Herman Van Rompuy, President tal-Kunsill Ewropew.

 

Il-ħames prijoritajiet ta' politika ekonomika maqbula tal-UE huma:

 
  • konsolidazzjoni fiskali differenzjata u li tgħin it-tkabbir,
  • li jerġa' jkun hemm self normali fl-ekonomija,
  • promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività,
  • jiġi indirizzat il-qgħad,
  • modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika.

 

 

Il-mexxejja enfasizzaw li għandha tingħata prijorità partikolari lill-appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ u l-promozzjoni tat-tkabbir u l-kompetittività.

 

Linji gwida għall-Istati Membri

 

Skont il-proċedura tas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri ser ikollhom jabbozzaw pjanijiet għar-riformi strutturali u l-politika baġitarja tagħhom fl-2013, filwaqt li jqisu l-linji gwida maħruġa mill-Kunsill Ewropew.

 

Fir-rigward tal-politika baġitarja, il-Kunsill Ewropew saħaq dwar il-ħtieġa ta' "konsolidazzjoni fiskali differenzjata u li tgħin it-tkabbir".

 

Il-miżuri tal-Istati Membri għall-infiq u d-dħul, inklużi miżuri mmirati fuq perijodu qasir, għandhom għaldaqstant "jagħtu spinta lit-tkabbir u jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi", partikolarment għaż-żgħażagħ.

 

Il-Kunsill Ewropew reġa' afferma li, skont ir-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, l-Istati Membri kapaċi jsibu bilanċ bejn investiment pubbliku produttiv u dixxiplina fiskali.

 

Il-mexxejja għamlu sejħa wkoll għal riformi strutturali bil-mira li jippromwovu t-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-kompetittività kif ukoll il-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi.

 

It-tnaqqis tat-tassazzjoni fuq ix-xogħol, it-titjib tal-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxi u l-indirizzar tal-evażjoni tat-taxxa ssemmew bħala wħud mir-riformi strutturali ta' prijorità.

 

Oqsma ta' prijorità għat-tkabbir u l-impjiegi

 

Il-Kunsill Ewropew enfasizza tliet oqsma ta' importanza speċifika sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi:

 

  • Il-qgħad tqies bħala l-aktar sfida soċjali sinifikanti, u partikolarment il-qgħad fost iż-żgħażagħ. L-Inizjattiva għall-Impjieg taż-Żgħażagħ għandha tkun qed taħdem bis-sħiħ minn Jannar 2014. Il-finanzjament minn fondi strutturali jista' jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-mexxejja jirrakkomandaw implimentazzjoni rapida tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ, li għandha l-għan li tiżgura li ż-żgħażagħ kollha jiġu offruti impjieg jew taħriġ malajr wara li jsiru qiegħda.

 

  • is-Suq Uniku jibqa' mutur ewlieni għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-Kunsill Ewropew jirrakkomanda li l-ħidma fuq il-proposti kollha tal-Att dwar is-Suq Uniku I tiġi konkluża malajr. Din hija prijorità essenzjali, partikolarment fir-rigward ta' dossiers ewlenin bħall-kontabbilizzazzjoni, il-kwalifiki professjonali, l-akkwist pubbliku, l-istazzjonar tal-ħaddiema u l-identifikazzjoni elettronika/il-firma elettronika.

 

  • Irid isir aktar biex titnaqqas il-burokrazija, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu regolamentazzjoni intelliġenti, b'enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Il-Kummissjoni ser tidentifika oqsma regolatorji u partijiet mil-leġislazzjoni li għandhom l-aktar potenzjal biex jiġu ssimplifikati r-regoli u jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji.

 

Fl-2012, € 16-il biljun ta' fondi strutturali tal-UE mhux użati ġew diretti mill-ġdid lejn il-pajjiżi l-aktar milquta mill-qgħad fost iż-żgħażagħ. Dawk il-flus għenu lil kważi 800,000 żagħżugħ u 55,000 kumpannija żgħira minn madwar l-Ewropa kollha.

 

Passi li jmiss

 

Skont il-proċedura tas-Semestru Ewropew, l-Istati Membri ser ikollhom jabbozzaw pjanijiet għar-riformi strutturali u l-politiki baġitarji tagħhom fl-2013, filwaqt li jqisu l-linji gwida maħruġa mill-Kunsill Ewropew.

 

Il-pjanijiet ser jiġu deskritti fil-programmi nazzjonali ta' riforma u fi programmi ta' stabbiltà (għall-membri fiż-żona tal-euro) jew ta' konverġenza (membri li mhumiex fiż-żona tal-euro). Dawn id-dokumenti ser jiġu riveduti mill-Kummissjoni f'April.

 

Il-Kummissjoni mbagħad ser tevalwa l-pjanijiet tal-Istati Membri u tħejji rakkomandazzjonijiet għal kull pajjiż. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu approvati mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju. Iċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew ser jintemm b'evalwazzjoni ta' kif ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet.

 


Ara wkoll:

 

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva    LE


X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?