Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

Summits internazzjonali

Waħda mir-responsabbiltajiet tal-President tal-Kunsill Ewropew hija li jirrappreżenta lill-UE esternament f'summits internazzjonali, normalment mal-President tal-Kummissjoni Ewropea.

 

Hemm 3 tipi prinċipali ta' summits internazzjonali:

 

  • Summits bilaterali jiġu organizzati bejn l-UE u l-imsieħba strateġiċi tagħha. Dawn is-summits jsiru fuq bażi regolari, normalment darba f'sena, ma' pajjiżi bħall-Ġappun, l-Istati Uniti, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, il-Brażil u ċ-Ċina. Il-post għal dawn is-summits jalterna bejn Brussell u l-pajjiż ikkonċernat.
  • Summits multilaterali f'livell internazzjonali fejn l-UE hija jew membru jew mistiedna tipparteċiepa bħala attur internazzjonali ewlieni, bħal fil-G8, G20 u l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU).
  • Summits multilaterali f'livell tal-UE. Dawn is-summits jinkludu s-Sħubija tal-Lvant, UE-Afrika, UE-ASEM u UE-CELAC. Tradizjonalment, meta kien imiss lill-UE tospita dawn is-summits, huma ġew ospitati mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza rotatorja tal-Kunsill tal-UE. Mill-2014, dawn ukoll ser jibdew jiġu ospitati mill-Kunsill tal-UE fi Brussell. Il-parteċipanti ta' dawn is-summits huma l-kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern mill-Istati Membri kollha tal-UE, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-kapijiet ta' Stati jew ta' Gvernijiet rilevanti mill-pajjiżi parteċipanti.
eu-flag http://european-council.europa.eu/images/flags/eu.gif

EU-Canada Summit

26/09/2014
Ottawa

eu-flag http://european-council.europa.eu/images/flags/eu.gif

10th ASEM Summit

16/10/2014 - 17/10/2014
Milan

http://european-council.europa.eu/images/flags/g20brisbane.gif

2014 G20 Summit - Brisbane

15/11/2014 - 16/11/2014
Brisbane

Riċerka ta' laqgħat